Qafas ġuridiku
REGOLAMENT (UE, EURATOM) Nru 1141/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1141/2014 jistabbilixxi l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej. L-Awtorità għandha personalità ġuridika. Hija indipendenti u teżerċita l-funzjonijiet tagħha b'osservanza sħiħa tar-Regolament Nru 1141/2014.
L-Awtorità tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni u l-qtugħ mir-reġistru tal-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej skont il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1141/2014. Barra minn hekk, l-Awtorità tivverifika regolarment li l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u d-dispożizzjonijiet ta' governanza stipulati fir-Regolament Nru 1141/2014 jibqgħu jiġu osservati mill-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej irreġistrati.
L-Awtorità tamministra Reġistru ta' Partiti Politiċi Ewropej u Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej.
L-Awtorità tivverifika wkoll il-konformità tal-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej ma' għadd ta' obbligi stabbiliti fir-Regolament Nru 1141/2014, inklużi obbligi relatati mad-donazzjonijiet, il-kontribuzzjonijiet u l-użu ta' finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe sors ieħor.
Il-finanzjament tal-Partiti Politiċi Ewropej m'għandux jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta' partiti politiċi oħra, u b'mod partikolari partiti jew kandidati nazzjonali.
Il-finanzjament tal-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej m'għandu jintuża għall-ebda skop ieħor ħlief dak tal-finanzjament tal-kompiti tagħhom u biex ikopri l-infiq marbut direttament mal-objettivi stabbiliti fl-istatuti tagħhom. B'mod partikolari m'għandux jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta' elezzjonijiet, partiti politiċi, jew kandidati jew fondazzjonijiet oħra.
Il-finanzjament tal-Partiti Politiċi Ewropej u tal-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej m'għandux jintuża biex jiffinanzja kampanji ta' referendum.
Fid-deċiżjonijiet tagħha, l-Awtorità tikkunsidra bis-sħiħ id-dritt fundamentali tal-libertà ta' assoċjazzjoni u l-ħtieġa li jiġi żgurat il-pluraliżmu tal-partiti politiċi fl-Ewropa.
L-Awtorità hija rrappreżentata mid-Direttur tagħha li jieħu d-deċiżjonijiet kollha tal-Awtorità f'isimha.
-
Dokumentazzjoni
- REGOLAMENT (UE, EURATOM) Nru 1141/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (PDF - 1 MB)
- Multilingwi
- REGOLAMENT (UE, Euratom) 2018/673 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (PDF - 394 KB)
- Multilingwi
- REGOLAMENT (UE, Euratom) 2019/493 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (PDF - 380 KB)
- Multilingwi
- REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/2401 (PDF - 325 KB)
- Multilingwi
- REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2246 (PDF - 333 KB)
- Multilingwi
- AĊĊESS PUBBLIKU GĦAD-DOKUMENTI (PDF - 516 KB)
- Multilingwi
- Stqarrija għall-istampa - Implementation of 2018 amendment of Regulation (EU, Euratom) No 1141/2014 (published on 27 September 2018) (PDF - 629 KB)
- RULES ON THE REIMBURSEMENT OF EXPERTS’ TRAVEL AND ACCOMMODATION EXPENSES AND PAYMENTS OF A DAILY ALLOWANCE (PDF - 59 KB)
Akkwist pubbliku
Protezzjoni tad-data personali
L-Awtorità tiġbor u tipproċessa informazzjoni personali biss sa fejn ikun meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha bħala korp tal-Unjoni (li huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej).
Id-data personali kollha hija pproċessata skont id-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data.
Għal aktar informazzjoni dettaljata, jekk jogħġbok ikkonsulta d-dokumentazzjoni hawn taħt:
- Avviż dwar il-Privatezza (PDF - 321 KB)
- Reġistru tal-attivitajiet ta' pproċessar (PDF - 374 KB)
- REGOLI ĠENERALI TA' IMPLIMENTAZZJONI DWAR L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT (UE) 2018/1725 (PDF - 34 KB)
- REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI DWAR L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT (UE) 2018/1725 DWAR IR-RESTRIZZJONIJIET (PDF - 616 KB)
- Multilingwi
Għal aktar mistoqsijiet ikkuntattja lil: