Projbizzjonijiet ta' finanzjament dirett u indirett
Based on experience in the practical application of Regulation (EU, Euratom) No 1141/2014 and in view of Regulation (EU, Euratom) 2025/2445 of the European Parliament and of the Council of 26 November 2025 on the statute and funding of European political parties and European political foundations (recast) (the "Regulation"), which repeals and replaces Regulation (EU, Euratom) No 1141/2014, the Authority for European Political Parties and European Political Foundations (the "Authority") endeavours to provide access to an updated set of non-exhaustive elements of guidance for European political parties and European political foundations. Any guidance provided by the Authority does not affect the binding and directly applicable character of the Regulation. Moreover, such guidance will remain subject to adaptation as experience further builds up and/or the legislative framework changes.
Ġenerali
- Jeżisti finanzjament indirett "meta partit politiku nazzjonali jew kandidat jikseb vantaġġ finanzjarju, fost l-oħrajn billi jevita nfiq li kien ikollu jġarrab, anki jekk ma jkun hemm l-ebda trasferiment dirett ta' fondi" (MENL vs Il-Parlament, T-829/16; ADDE vs Il-Parlament, T-48/17).
- Sabiex tivvaluta jekk jeżistix finanzjament indirett, l-Awtorità tiddependi minn firxa ta' elementi, bħal elementi li jikkonċernaw il-kontenut tal-miżura ffinanzjata, kif ukoll elementi ġeografiċi u ta' żmien (ara MENL vs Il-Parlament, T-829/16; ADDE vs Il-Parlament, T-48/17).
- Sabiex tiġi ppruvata l-eżistenza ta' finanzjament indirett, huwa biżżejjed li wieħed jiddependi minn "sensiela ta' indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti" (ACRE vs Il-Parlament, T-107/19).
Attivitajiet konġunti
- L-attivitajiet konġunti bejn il-partiti politiċi Ewropej jew il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u sħab fil-livell nazzjonali mhumiex projbiti per se mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. B'mod partikolari, il-komunikazzjoni mal-pubbliku attivata minn sieħeb nazzjonali għall-finijiet tal-attivitajiet ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea tista' tkun mezz effikaċi biex tinġibed l-attenzjoni fuq il-kwistjonijiet politiċi u strateġiċi Ewropej. Minkejja dan, il-projbizzjonijiet ta' finanzjament stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 iridu jiġu rispettati dejjem.
- Fil-każ ta' attività organizzata b'mod konġunt minn partit politiku Ewropew u partit politiku ieħor, b'mod partikolari partit nazzjonali, sehem eċċessiv ta' finanzjament min-naħa tal-partit politiku Ewropew għal tali attività jista' jikkostitwixxi "finanzjament indirett", li huwa pprojbit mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.
- Fil-każ ta' attività organizzata b'mod konġunt minn fondazzjoni politika Ewropea u partit politiku jew fondazzjoni oħra, sehem eċċessiv ta' finanzjament min-naħa tal-fondazzjoni politika Ewropea għal tali attività jista' jikkostitwixxi "finanzjament indirett", li huwa pprojbit mill-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. .
- Sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza ta' finanzjament indirett possibbli ta' partit jew ta' fondazzjoni fil-livell nazzjonali skont din id-dispożizzjoni, għandhom jitqiesu għadd ta' fatturi, bħal b'mod partikolari:
- il-viżibbiltà kostanti tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea;
- il-livell ta' sjieda tal-attività mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea meta mqabbel ma' dak tal-partit jew tal-fondazzjoni fil-livell nazzjonali. Fil-valutazzjoni ta' dan l-aħħar aspett, huma rilevanti l-kuntest ġenerali tal-attività, il-portata, il-kontenut, l-objettivi, il-grupp(i) destinatarju/i, il-motivazzjoni u l-valur potenzjali tal-attività għas-suċċess tal-partit nazzjonali fl-elezzjonijiet nazzjonali (ara wkoll MENL vs Il-Parlament, T-829/16, il-punti 83 u sussegwenti.);
- is-sehem tal-kofinanzjament sostnut mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea, li għandu juri korrelazzjoni realistika mal-involviment ġenerali tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea, meta mqabbel mal-involviment tal-partit nazzjonali fl-attività speċifika (ara wkoll MENL vs Il-Parlament, T-829/16, il-punt 89).
- Fil-każ li ma jkunx magħruf kemm swiet kumplessivament attività konġunta, l-Awtorità normalment ikollha tindaga aktar dwar l-attività, billi dan hu wieħed mill-fatturi fundamentali għall-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. F'tali ċirkostanzi, jaf ikunu utli dokumenti addizzjonali, pereżempju stedina jew kwalunkwe dokument ġustifikattiv ieħor, mingħajr preġudizzju għall-analiżi każ b'każ, li tista' twassal għall-bżonn ta' informazzjoni addizzjonali.
- Peress li l-Awtorità tista' titlob informazzjoni addizzjonali dwar l-attivitajiet konġunti, huwa utli li l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ikollhom dokumentazzjoni standard disponibbli fil-pront għal kull attività konġunta tagħhom, b'mod partikolari kwalunkwe arranġament finanzjarju jekk ikun hemm, ritratti u programmi dettaljati.
Kandidat
- Fir-rigward tal-kandidati, l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jirrikjedi li kull każ jiġi vvalutat għalih dwar jekk "kandidat" ikunx ingħata "finanzjament dirett jew indirett" mill-partit politiku Ewropew.
- Il-kriterji rilevanti dwar jekk persuna titqiesx bħala "kandidat" jinkludu:
- jekk hemmx bażi raġonevoli biex jitqies li l-persuna, fiż-żmien ta' attività ta' partit politiku Ewropew li fiha tipparteċipa l-persuna, tkun involuta f'kandidatura għall-elezzjoni, speċjalment fid-dawl ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi kif ukoll tal-proċess ta' nomina tal-kandidati fil-partit u/jew fl-Istat Membru inkwistjoni; u
- il-limitu ta' żmien bejn attività li fiha tipparteċipa dik il-persuna u l-elezzjonijiet.
- Il-persuni li qabel kienu kandidati għal kariga li għaliha jridu jiġu eletti (irrispettivament minn jekk fil-fatt ġewx eletti jew le) ma jibqgħux "kandidati" kif stabbilit fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 għall-finijiet ta' attività postelettorali, sakemm sa dak iż-żmien ma jkunux kandidati għall-elezzjoni mill-ġdid jew kandidati għal kariga differenti li għaliha jridu jiġu eletti, fid-dawl tal-kriterji spjegati hawn fuq.
- Ta' min ifakkar li l-Artikolu 22(1) tar-Regolament jista' japplika għal raġunijiet oħra, anki fin-nuqqas ta' "kandidat" fiż-żmien tal-attività, eż. minħabba li f'attività mħallsa minn partit politiku Ewropew rappreżentant (diġà) elett ta' partit membru jipprovdi viżibbiltà u kontenut lil dak il-partit membru a spejjeż tal-partit politiku Ewropew (ara hawn fuq il-gwida ġenerali dwar l-attivitajiet konġunti f'dak ir-rigward).
- Il-perjodu uffiċjali tal-kampanja mhuwiex neċessarjament l-uniku aspett rilevanti. L-istatus ta' kandidat għandu jiġi evalwat skont id-dritt nazzjonali u l-konswetudni preelettorali (eż. primarji fi ħdan il-partit). Bħala kriterju prinċipali, l-Awtorità għandha tevalwa jekk, meta ssir l-attività, il-kandidatura tkun diġà magħrufa u promossa, indipendentement mill-fażi formali li tkun fiha.
- Jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' kandidat, dan jista' jitqies bħala benefiċċju għall-kandidat, li, fil-każ bil-kontra, il-kandidat kien ikollu jħallas raġonevolment dawn l-ispejjeż mill-baġit tal-kampanja elettorali. Jeħtieġ li jiġu evalwati wkoll elementi oħrajn, pereżempju l-portata u l-post tal-attività.
Attivitajiet ta’ entitajiet assoċjati ta’ partit politiku Ewropew
- L-Awtorità tfakkar li l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jgħodd ukoll għal attivitajiet organizzati minn entitajiet assoċjati fil-livell Ewropew li jirċievu appoġġ finanzjarju minn partit politiku Ewropew.
- L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 ma jipprojbix attivitajiet organizzati b'mod konġunt minn entitajiet assoċjati ta' partit politiku Ewropew u l-partiti membri jew l-entitajiet assoċjati ta' dawn tal-aħħar.
- Madankollu, id-dispożizzjoni tirrikjedi li partit politiku Ewropew jiżgura li, f'każ ta' attivitajiet organizzati b'mod konġunt mal-partiti membri jew l-entitajiet assoċjati ta' dawn tal-aħħar, ir-rata ta' kofinanzjament tirrifletti għadd ta' fatturi marbuta mal-kuntest u l-kontenut tal-avveniment inkwistjoni (ara hawn fuq). B'moda aktar speċifiku, għandhom jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
- il-viżibbiltà tal-partit politiku Ewropew jew tal-entità assoċjata Ewropea tiegħu;
- il-livell ta' sjieda tal-avveniment mill-entità assoċjata tal-partit politiku Ewropew; u
- is-sehem tal-kofinanzjament sostnut mill-entità assoċjata tal-partit politiku Ewropew għandu jkun proporzjonat għall-viżibbiltà u l-livell ta' sjieda meta mqabbel ma' dak tal-partit membru jew l-entità assoċjata ta' dan tal-aħħar.
Miżuri korrettivi
- Il-miżuri korrettivi huma opportunità għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej biex jirrimedjaw ċerti sitwazzjonijiet ta' ksur qabel ma l-Awtorità tiddeċiedi dwar sanzjoni u tippubblikaha.
- Madankollu, il-miżuri korrettivi mhumiex maħsuba biex jevitaw il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' konformità. Għalhekk, ħlief għal żbalji purament klerikali jew aritmetiċi jew ħlief għal żbalji minuri, il-miżuri huma "rimedju għas-sitwazzjoni" skont it-tifsira tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 biss jekk, fiż-żmien raġonevoli indikat mill-Awtorità fil-każ individwali:
- jiżguraw b'mod effettiv konformità tardiva mar-rekwiżit li kien ikollu jiġi rispettat diġà (dan jista' jkun -- skont iċ-ċirkostanzi tal-każ individwali -- ħlas ta' ammont li kien ikollu jiġi żborżat jew irkuprat f'data aktar bikrija), u barra minn hekk,
- ikun fihom miżuri strutturali robusti u verifikabbli li jipprevjenu okkorrenza mill-ġdid fil-futur (dawn jistgħu jkunu -- skont iċ-ċirkostanzi tal-każ individwali -- miżuri pedagoġiċi interni għall-persunal, tħassir ta' kuntratti li ħolqu l-kwistjoni ta' konformità, komunikazzjoni lill-partiti membri eċċ.).
- L-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi hija kwistjoni ta' segwitu kontinwu. B'mod partikolari, jekk miżura korrettiva tkun diġà ttieħdet darba minn partit politiku Ewropew jew minn fondazzjoni politika Ewropea fil-konfront ta' rekwiżit, huwa essenzjali li fil-futur huma jikkonformaw magħha. Għaldaqstant, sitwazzjoni simili ta' ksur mill-istess partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea ma tistax tiġi "rimedjata" għat-tieni darba bl-istess miżuri korrettivi. Se jkunu mistennija miżuri korrettivi mtejba b'mod sinifikanti minn partit politiku Ewropew jew minn fondazzjoni politika Ewropea li kellhom opportunitá preċedenti li jaġġustaw il-proċessi tagħhom għal kwistjoni ta' konformità simili mingħajr ma jkunu ġarrbu sanzjoni.